Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia se jkun qed jiltaqa’ mal-unjins li jirrapreżentaw ħaddiema fil-qasam tas-saħħa dalgħodu.
Żvelaw dan ma’ one.com.mt imkejjen fil-Partit Nazzjonalista li qalu li dan huwa parti mill-pjan ta’ Delia biex ikompli jattakka l-Public Private Partnership fil-qasam tas-saħħa.
Jirriżulta li din il-laqgħa ssejħet wara li lbieraħ, il-Partit Nazzjonalista u Delia nnifsu ma ħallew ebda impatt fid-dibattitu li sar fil-Parlament. Dan minħabba l-ispjegi dettaljati u ċari li taw l-esponenti tal-Gvern dwar kif minn din is-sħubija mal-privat se jgawdi l-pazjenti Malti. Iżda fid-dawl tal-kampanja kontra l-investiment li fiha l-messaġġ ewlieni tal-Partit Nazzjonalista għal din il-ġimgħa, Delia se jkun qed ikompli jattakka dan il-ftehim b’kull mod possibbli.
Biżżejjed wieħed jiftakar li l-Ħadd li għadda sejjaħ lill-investituri ħallelin.