In-nomina tal-Partit Demokratiku għal membru tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata għaliex m’għandiex bażi legali skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
L-artikolu 3 (1) tal-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni jipprovdi li l-membri tal-Kummissjoni jridu jinħatru mill-President ta’ Malta li taġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Bħala prassi, il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina persuna hu għal din il-Kummissjoni. Il-Gvern qed jistenna n-nomina tal-Kap tal-Oppożizzjoni li naqas milli jinnomina din il-persuna.
Għalhekk il-premessa tal-istqarrija tal-Partit Demokratiku li l-gvern irrifjuta n-nomina tal-Partit Demokratiku hija żbaljata. Dan intqal fi stqarrija li ħareġ il-Gvern Malti.