Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia attakka lid-deputat Għawdex Chris Said fuq il-mozzjoni privata li preżenta fil-Parlament li titlob li jiġu investigati l-allegazzjonijiet li għamlet il-blogger Daphne Caruana Galizia. Fl-aħħar erba’ xhur hija allegat li Delia daħħal eluf kbar ta’ ewro minn ċirku tal-prostituzzjoni f’Soho.
F’intervistà fuq Radju Malta, il-Kap Nazzjonalista ammetta li qed isib reżistenza qawwija għat-tmexxija tiegħu u li kien hu flok l-ex Kap Simon Busuttil, kien jagħmel bħal Lawrence Gonzi wara t-telfa elettorali tal-2013 u jirriżenja mill-Parlament.
“Chris Said mhux qed iżomm mal-linja tal-Partit u din qed iddejjaqni.” Kien dan id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna f’intervista mal-Professur Andrew Azzopardi waqt il-programm Għandi xi Ngħid fuq Radju Malta.
“Jien l-issue mhux x’mozzjoni wassal Chris Said għalija imma aħna kellna l-grupp tagħna li suppost tiddeċiedi u tagħmel kollox hemm ġew u jkollna deċizjoni waħda u telaq għal rasu u ħa inizjattiva għalih. Dik li dejqitni u għazel li jagħmel dan kollu pubbliku.”
Mistoqsi jekk Chris Said għandu jispjega ruħu fl-eżekuttiv tal-parti, Delia qal li dik se jiġi għaliha fiz-zmien li ġej.
Il-Kap Nazzjonalista ma qgħadx lura milli jgħaddi l-battuti fil-konfront ta’ Said.
“ F’li semmejtli ta’ Chris Said hija ċara daqs il-kristall li dan kien parti mit-teliefa ta’ tiġrija ta’ contest li tnjen li aħna għedna jiġri x jiġri wara ħa nkunu hemm biex ngħinu l-Partit etc. Iġifieri għeneb qares? Ma rridx ngħaddi l-ħudizzju jien”
Meta mistoqsi dwar il-mod ġdid li wiegħed fil-kampanja għall-ħatra tal-Kap hux tħalli l-frott, Delia kkonferma l-qasma li għandu fil-partit.
“Inkun qed nigdeb jekk ngħid li m’hemmx dik in-naqa concerns, turbolenza u rrezistenza li ma jitilqux mill-modi l-antiki. Jien il-kampanja tiegħi mod ġdid u hekk qed nagħmel u ħa nirriestih. Hemm min il-mod ġdid ma jogħġbux”
Mistoqsi dwar id-djun li għandu fosthom mat-80,000 ewro mad-dipartiment tat-taxxi interni, Delia ma kellu ebda risposta u minflok fetaħ attakk fuq l-istess dipartiment.
“Int kellek tħallas it-taxxa u ma ħallastix. Jien kont tard bħala persuna privata mhux pubblika. Kelli issue fuq kemm izommu imgħaxijiet. Jien sal-ahhar tas-sena tieghi ha nehlisa igifieri dak kollu li kelli b’ lura jigi rizolt naghmel l-agreement u nhallas pero rridu naraw jekk hux gust li jkun hemm imgħax ta’ 12% meta int ikollok problemi ma’ tat-taxxa”.
B’Delia affaċċjat minn inkwiet intern, b’numru ta’ deputati f’konfoffa biex iressqu vot ta’ sfiduċja biex jerġa’ jieħu postu Simon Busuttil, huwa qal li Busuttil bħal ma’ għamel Lawrence Gonzi – kellu jitlaq.
“Jien kont nagħmel dak li għamel Lawrence Gonzi qablu.. Mhux ifixklek qed? … Dak jarah hu – jarawh in-nies”