Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dalgħodu mar il-Qorti biex jidher bħala avukat tal-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Dan fuq l-allegazzjonijiet li kien għamel Busuttil dwar il-Panama Papers.
One.com.mt jinsab informat li fil-Qorti Delia ddikjara lilu nnifsu avukat ta’ Busuttil flimkien mad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Il-ġimgħa l-oħra, l-ex kap Nazzjonalista għamel talba ġdida lill-Qorti biex il-każ li dwaru qed jitlob rikuża tal-Imħallef Antonio Mizzi jinstema’ fil-miftuħ, liema deċiżjoni kienet ittieħdet mill-istess Imħallef.
Id-diskussjoni dwar din it-talba qed issir illu, bil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jidher għal Busuttil.
Fil-bidu tas-seduta l-Imħallef Antonio Mizzi ddecieda li l-każ jinstema’ fil-miftuħ.