Għax m’għandux xi jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni,spiċċa jivvinta waħda ġdida kuljum.
Fil-fatt, wara li l-gvern kien pront ħa l-passi kollha meħtieġa, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jgħid xi ħaġa differenti ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Ir-reazzjoni tiegħu fuq ir-rapportaġġ dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’ investiment qed tibqa’ tinbidel il-ħin kollu. Filli jkun irid ħaġa u filli jkun irid oħra.L-aħħar mossa ta’ Delia hi dik li jitlob il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jiddiskuti s-suġġett. Il-Partit Laburista m’għandu ebda diffikulta jsir dan fil-mument opportun.