Il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia neħħa lid-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil minn kelliem għall-governanza t-tajba u talbu biex jissospendi lilu nnifsu mill-partit.
F’konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali, il-Kap Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista jaċċetta r-riżultat tal-inkjesta li eżonera għalkollox lill-Prim Minsitru u lil martu.
Huwa qal li f’laqgħa li kellu mal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil talbu biex b’effett immedjat iġorr hu r-responsabbiltà politika ukoll tad-deċiżjonijiet politiċi tiegħu u jissospendu ruħu mill-grupp Parlamentari.
Qal li b’effett immedjat kien qed ineħħi lil Simon Busutill mill-kariga ta’ Shadow Minister dwar governanza t-tajba liema kariga temporanjament kien qed jassumiha hu personalment.