Il-maġġoranza tad-deputati Nazzjonalisti ħallew lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waħdu fil-Parlament waqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien qiegħed iwieġeb għall-kritika tiegħu għall-Baġit għas-sena d-dieħla.
It-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru xejjen bosta skorrettezzi fid-diskors ta’ Delia u kif il-baġit se jkompli jħalli effett pożittiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin.
F’ħinijiet twal waqt ir-replika ta’ diskorsu, spikka n-nuqqas ta’ bosta deputati Nazzjonalisti fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fil-fatt il-maġġoranza tad-deputati mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil daħlu fil-plenarja lejn l-aħħar tad-diskors.
Delia deher viżibbilment skomdu meta mistoqsi dwar kif tħalla waħdu mid-deputati tiegħu fil-Parlament.
Wara d-diskors tal-Prim Ministru, Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha kompla bl-attakk tiegħu lejn il-baġit għas-sena elfejn u għoxrin.
Il-ġurnalisti staqsew lil Adrian Delia dwar id-diżorganizzazzjoni li għandu fil-Partit Nazzjonalista.
Iżda sabiex jaħrab mill-mistoqsija, Delia beda jagħmel tabiruħu li mhux jifhem il-mistoqsija tal-ġuranlisti.
Sakemm kellu jammetti li l-Partit Nazzjonalista huwa diżorganizzat.
Adrian Delia kellu messaġġ għall-poplu Malti u talbu sabiex jagħzel bejnu u bejn Joseph Muscat.