Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia uffiċjalment iddikjara li ser jitfa’ ismu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ftit minuti biss wara li Therese Comodini Cachia iddikjarat li mhux ser tikkontesta għal din l-elezzjoni wara li kienet hi li ħarġet għonqa biex Delia stess jiġi sfiduċjat u jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni, Delia fi stqarrija fuq Facebook qal li informa lill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista bl-interess tiegħu biex jikkontesta għall-elezzjoni ta’ Kap.
Huwa sostna li ser ikun qed jidħol għal din l-elezzjoni b’determinazzjoni u kuraġġ kbir.
Fl-istqarrija tiegħu Delia qal li issa d-destin tal-Partit huwa f’idejn it-tesserati.
Temm isostni l-messaġġ ewlieni tal-kampanja tiegħu Mod Ġdid, Nies Ġodda.
Botta indikattiva li semma nhar is-Sibt wara l-vot tal-Kunsill Ġenerali fejn għadda messaġġ lill-fazzjoni li qed tipprova ttajru mit-tmun tal-Partit.