Adrian Delia rrifjuta li jkun parti mix-shadow cabinet ta’ Bernard Grech.
Irrappurtat dan, it-Times fil-faċċata tal-gazzetta tagħha fejn qalet li kelliem għal Kap Nazzjonalista kkonferma li Delia qal lil Bernard Grech li jippreferi ma jkollux portafoll fix-shadow cabinet ta’ Grech.
Delia, li baqa’ membru parlamentari u fl-aħħar jiem, mindu ma baqax Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ta’ spiss fil-Parlament, ma jridx ikun parti mix-shadow cabinet tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, anki jekk Bernard Grech offrielu u xtaqu li jkun parti.
It-Times irrappurtat li Bernard Grech insista li Delia jkun parti mix-shadow cabinet tiegħu.
Wara li ħariġlu għan-nofs biex ineħħih minn Kap, Bernard Grech qal li Delia għadu validu.
Sorsi li tkellmu mat-Times qalu li Bernard Grech għadu indeċiż dwar jekk hux se jagħmel tibdil kbir fix-shadow cabinet li kellu Delia.
Dan ifisser stampa għal kollox differenti li kien ta Grech qabel, meta ftit wara li ġie elett Kap, qal li diġà għandu f’moħħu kif se jifforma x-shadow cabinet tiegħu.
Nhar il-Ħadd, wara li nifhmu li fallew it-trattativi bejnu u bejn Delia biex jikkonvinċih ikun parti mit-tim tiegħu, Bernard Grech reġa’ tefa’ botta lejn Delia dwar il-grupp parlamentari.
Grech qal, “Bla dubju aħna kellna Grupp Parlamentari li għamel xhur ma jiltaqax mela allura sfortunatament dak il-Grupp Parlamentari wkoll ma setax jiffunzjona u ma setax jikkomunika sew.”
Mindu Bernard Grech laħaq Kap, il-Partit Nazzjonalista tilef ukoll numru sew ta’ Kunsilliera, b’ħafna Kunsilliera, membri tal-kumitati sezzjonali u attivisti rriżenjaw mill-partit wara li ma felħux il-mod, kif Delia twarrab u floku l-establishment poġġa lil Bernard Grech.
Saħansitra il-kunsillier ta’ San Ġwann David Dalli, li issa se jkun indipendenti qal hekk fuq programm televiżiv.
Dalli qal, “Insellimlek Kap għax int għadhek il-Kap tiegħi … u tibqa’ l-Kap tiegħi” fejn kompla billi qal, “He’s not my leader”