Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tenna li hu se jibqa’ fil-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista sabiex jirrispetta l-mandat tat-tesserati.
Fuq l-istazzjon tiegħu huwa fetaħ attakk fuq id-deputati li sfiduċjawh.
“Il-volum ta’ messaġġi ta’ appoġġ, taqtax qalbek. Imma jien nista’ lil dawn it-tesserati li riduni hawn.”
Fuq in-NET, Adrian Delia akkuża lid-deputati li sfiduċjawh li mhux jirrispetaw lit-tesserati.
“Mill-grupp parlamentari nippretendi li naħdmu flimkien. Li anki huma iridu jirrispetaw lit-tesserati.”
Kompla jinsisti li lanqas l-vot tat-tesserati, dawn id-dsatax-il deputat ma jridu jirrispettaw.
“Issa l-vot tagħhom ma nirrispetawx. It-tesserati riduni hawn u għadhom iriduni hawn.”
F’ħin minnhom, il-preżentatriċi Louise Tedesco bdiet issaqsi fuq il-partit maqsum, b’Delia qal li dawn id-deputati li sfiduċjawhx ma ridux jaħdmu miegħu.
“Kif se jaħdem il-Partit li għandu qasma bejn it-tmexxija u l-grupp parlamentari? …Dejjem ikun hemm min tgħid x’tgħid ma jridux jaħdmu.”
Adrian Delia qatt ma ġie aċċettat mid-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Hawnhekk tkellem fuq il-bsaten fir-roti li għamlulu qabel u wara li sar Kap.
“Kelli min kien kontra qabel u min kontrih wara li dħalt.”