Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qed jibqa’ jinsisti li ma jitolbx inkjesta dwaru biex jiġu investigati b’mod indipendenti l-allegazzjonijiet serji li għandu fuq rasu dwar ħasil ta’ flus li ġejjin minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Soho.
Għall-allegazzjonijiet li għamlitlu Daphne Caruana Galizia, Delia baqa’ jirrifjuta investigazzjoni dwaru, b’ta’ Busuttil ta’ sikwit ifakkru li l-Kap spiċċa jgħajjar lil Caruana Galizia “biċċa blogger”, biex imbagħad mar iqiegħdilha l-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Belt.
Hemm hekk ta’ Busuttil li jikkontrollaw tal-Occupy Justice spiċċaw avvelew lil Delia billi mhux biss imbarazzawh imma komplew jiskreditawh.
Id-deċiżjoni ta’ Delia li ma jitlobx inkjesta dwaru tikkuntrasta mad-deċiżjoni li kien ħa l-Prim Ministru li talab inkjesta Maġisterjali sabiex tinvestiga b’mod indipendenti l-allegazzjonijiet li ġew iċċertifikati bħala gidba u li saru b’qerq.