Adrian Delia ikkonferma li se jkun kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. L-avukat, magħrufiċ- ċrieki tal-PN, huwa kandidat favorit mal-establishment tal-Partit Nazzjonalista speċjalment jekk tibqa’ ma tridx tikkontesta l-MEP Roberta Metsola.
Dan it- tagħrif mill-qalba tal-PN kien ikkonfermat fl-aħħar sigħat u hu stess ikkonferma l-kandidatura ma’ midja oħra. Dan wara li iktar kmieni din il-ġimgħa, ONE NEWS żvela li Delia kien qed jikseb l-appoġġ tal-istamperija, b’uħud jgħidu li l-partit m’għandux soluzzjoni aħjar. Delia, president tat-tim tal- futbol ta’ Birkirkara, mhux Deputat Parlamentari u fost oħrajn mistenni jkollu fit-tellieqa miegħu lid- Deputat Għawdxi Chris Said.
Chris Said hu rrabjat ħafna b’din id-deċiżjoni u l-appoġġ li qed jingħata Delia. Appoġġ li qed iwassal biex Claudio Grech jikkunsidra bis-serjetà jibqa’ barra mit-tellieqa. Biex Delia jkun jista’ jsir deputat jekk isir kap, Simon Busuttil se jċedi s-siġġu Parlamentari u jintalab li ħadd ma jikkontesta l-elezzjoni każwali. B’hekk issir co-option. Dan bil-patt li Simon Busuttil ikollu l-appoġġ fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew sentejn oħra.