Wara l-vot kontra l-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jifhem lill-koppji bi problemi ta’ infertilita.
Meta kien qed jindirizza lill-partitarji nazzjonalisti fil-kazin ta’ Ħ’Attard, Adrian Delia iġġustifika l-vot kontra tal-oppożizzjoni.
“Ha nibqghu nitkellmu u nifhmu l-problemi tagħhom. Naraw kif ix-xjenza tista’ tgħinhom.”
Delia għamel d-dikjarazzjoni surreali meta qal li l-liġi ezisteni tal-IVF, irid li tinbidel. Izda, f’opportunita sabiex tisaħħaħ l-liġi, l-partit nazzjonalista ivvota kontra.
“Jekk ikun hemm bżonn nirranġaw il-liġi, nbiddluha.”
Għal darb oħra, Adrian Delia reġa ma tkellimx dwar il-vizjoni tiegħu għal pajjizna. Minflok għazel li jitkellem kontra t-titjieb li kompla jsir f’pajjizna fosthom fl-ekonomija.
“Biex dan il-ġid li taparsi hawn.”
Il-kap nazzjonalista ippolitiċiza l-kaz li fih indarab il-kuntistabbli Simon Schembri. B’delia prova jirredikola l-għajnuna li l-gvern offra lil kunistabbli.
“Il-Gvern u l-kummissarju diġà qal li se jtuh xogħol alternattiv … xogħol alternattiv.”
Il-laqgħa politika kienet indirizzata mill-viċi kap nazzjonalista David Agius li kkritika l-proġett ta’ 55 miljun ewro li se jagħmel l-gvern immirat sabiex titjieb is-sistema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta b’mod partikolari fiż-żona ta’ Ħ’Attard u Ħal Balzan.
Proġett li tkellem favurih L-ex kandidat tal-Partit Nazzjonalista Herbert Messina Ferrante.
“Ministru li se nofoq 55 miljun ewro biex jgħaddi riħ minn Ħ’Attard.”
Intant, David Agius spiċċa jitkellem dwar il-karozzi.
“Għaliex in-nies trid li l-karozza tagħna rebbieħa u tgħaddi lil karozza tal-labour.”
Il-Kap Nazzjonalista kompla jikkritika t-traħħis fil-kont tal-enerġija.
Bil-Partit Laburista qal li permezz tal-proġett tal-enerġija, hekk kif imwiegħed, il-Gvern qed jagħti disgħin miljun ewro ta’ kull sena fil-bwiet tal-familji u negozji Maltin u Għawdxin kollha.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista provat ixxekkel milli jingħataw dawn il-flus lill-Maltin u l-Għawdxin f’kull stadju.
L-ewwel meta dan il-proġett kien proposta elettorali tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-2013 , imbagħad meta bdiet tiġi implimentata din il-wiegħda u provat twaqqaf dan il-proġett minħabba it-tanker tal-gass , li grazzi għalih ma bqajnix nużaw l-HFO , l-aktar żejt li jniggeż.
Kif ukoll riedet twaqqfu minħabba li saret garanzija bankarja.
Il-verita’ hi li dan il-proġett ġie skurtinizzat fid-dettal u wara approvat mill-Kummisjoni Ewropea.
Issa li l-garanzija bankarja ukoll tneħħiet u hemm 9 istituzzjonijiet ta’ reputazzjoniji internazzjonali f’dan il-proġett , il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jsib kritika oħra u jitkellem fuq is-sistema ta’ kif jinħarġu l-kontijiet. Sistema, li hi l-istess waħda li kienet preżenti fl-2009 taħt Gvern precedenti Nazzjonalista.
L-unika ħaga li nbidlet hi l-kontijiet issa huma irħas ħams au għoxrin fil-mija , temm jgħid l-Partit Laburista.