L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ kawża ta’ libell kontra s-sit lovinmalta.
Ilbieraħ is-sit irrapporta li waqt dibattitu parlamentari wara li sar magħruf li Yorgen Fenech hu s-sid tal-kumpanija 17 Black, Delia kien qed jikkomunika u jibgħat messaġġi lil Fenech, illum is-suspettat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Delia ħabbar li dalgħodu mar il-Qorti biex jiftaħ libell lil Lovinmalta, li sa ftit tal-jiem ilu kienet titmexxa minn dak li llum huwa l-istrateġista tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Delia qal li huwa qed jiċħad l-allegazzjoni li saret mil-Lovinmalta u qal li qed iżomm lis-sit responsabbli għal dawk li sejjaħ bħala allegazzjonijiet foloz.
Ilbieraħ wara r-rapport tal-Lovinmalta, l-għaqda Repubblika sejħet għar-riżenja ta’ Delia.
L-għaqda Repubblika, viċin il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u d-Deputati tal-Blue Heroes, fosthom Jason Azzopardi, tiltaqa’ regolarment mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Sa ftit tal-jiem ilu stess, tar-Repubblika ltaqgħu mal-Kap Bernard Grech biex jiddiskutu strateġija politika.