Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ ddikjara li m’għandux flus.
Fid-dikjarazzjoni tal-assi parlamentari, Adrian Delia reġa’ ddikjara mill-ġdid li m’għandux flus fuq ismu. La flus mġemmgħin la fil-banek lokali u lanqas barranin.
Fl-aħħar dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu għas-sena 2019, Adrian Delia qal li għandu dejn jammonta għal €626,000.
Delia iddikjara li hu għandu sehem f’għadd ta’ propjetajiet fosthom ishma fl-Imġarr Development Limited.
Dan il-proġett kien taħt il-lenti wara li waqa’ lura fi ħlasijiet ta’ djun mal-bank.
It-Times irrappurtat li s-sena li għaddiet Adrian Delia kien qal li għandu madwar €9,000 fi ħlasijiet obbligat li jonora kull xahar.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li ma jistgħux jifhmu kif Adrian Delia, li fuq livell ta’ individwu għandu dejn kbir, jista’ jsolvi d-djun li għandu l-Partit Nazzjonalista, li ġie rrappurtat li jammonta għal €34 miljun.