Is-Sibt filgħaxija l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lill-kelliem tiegħu għall-ġustizzja Jason Azzopardi li qed jakkuża lill-Prim Ministru, il-Brigadier u ħdax-il ufficjal tal-armata bi qtil volontarju ta’ immigranti.
Adrian Delia ħareġ jiddefendi lid-deputat tiegħu Jason Azzopardi u qal li dan aġixxa bħala avukat biex fetaħ kwerela li trid tibgħat għomor il-ħabs lill-Prim Ministru u lis-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta:
“L-avukat Azzopardi aġixxa biss bħala avukat fil-qadi tad-doveri professjonali tiegħu.”
Delia mhux biss iddefenda lil Jason Azzopardi iżda anki rrepeta l-akkużi kontra l-Prim Ministru u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta:
“Din issue fejn hemm akkużi serji.”
Qal li dawn l-akkużi jridu jiġu investigati.
Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni attakka wkoll lil Prim Ministru:
“Il-Prim Ministru lbieraħ prova jilgħab bis-sentimenti tan-nies.”
Bosta huma dawk li qed jistmerru l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li wasal biex jakkuża lill-Prim Ministru u lill-membri tal-armata bi qtil u jitlob li jintbagħtu għomorhom il-ħabs, fi żmien li r-riżorsi kollha ta’ pajjiżna jinsabu ffukati fuq il-ġlieda kontra l-Coronavirus.
Dan l-aġir issa sab il-kenn tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/18/jason-azzopardi-jirringrazzja-lil-delia-talli-ddefendih-biex-jibghat-ghomor-il-habs-lill-pm-u-lis-suldati/