Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda l-mod kif qed juża l-fondi tal-Partit Nazzjonalista sabiex jippubblika materjal fuq Facebook, sabiex jippromovi aktar lilu nifsu.
Bħalissa Adrian Delia qed jagħmel minn kollox sabiex isalva postu u jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Kelliem għall-Partit Nazzjonalista qal li Adrian Delia mhuwiex jabbuża mill-poter filwaqt li qal li l-kampanja għal Kap Nazzjonalista għadha ma bdietx, b’Adrian Delia u Bernard Grech għadhom iridu jiġu ikkonfermati bħala kandidati għal kariga ta’ Kap Nazzjonalista.
It-Times irrappurtat li l-ġimgħat li għaddiet mal-mija tnejn u erbgħin ewro ntefqu fuq materjal promozzjonali li ppubblika Adrian Delia fuq il-paġna personali tiegħu. Il-kitbiet tiegħu fuq facebook kienu immarkati bħala mħallsin mill-Partit Nazzjonalista.
Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal li Adrian Delia huwa l-Kap Nazzjonalista attwali.
Mitlub sabiex jagħti r-reazzjoni tiegħu, kelliem għal Bernard Gech ma tax reazzjoni.
Intant, it-Times irrappurtat ukoll li Adrian Delia u Bernard Grech se jaffaċjaw il-proċess ta’ due diligence din il-ġimgħa.
Fuq facebook Adrian Delia ppubblika ritratt tiegħu ma’ żewġ avukati sabiex jipprepara għal dan il-proċess.
Adrian Delia ilu sentejn jaffaċja diversi allegazzjonijiet fosthom li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.