Minkejja li l-Partit Nazzjonalista għandu mal-ħamsa u għoxrin miljun ewro f’dejn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ sostna li ma fiha xejn ħażin li jieħu paga doppja.
Dan bil-kontra tal-kapijiet preċedenti hekk kif kienu ddeċidew li ma jieħdux paga ta’ Kap tal-Partit u jżommu dik ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista kien ilu jsibha diffiċli biex iħallas il-pagi tal-impjegati tiegħu tant li f’Marzu li għadda ġie żvelat li l-kumpanija DB kienet qed tħallaslu l-pagi ta’ żewġ uffiċjali għoljin tal-istess Partit.
Meta kien mistoqsi jekk iħossux skomdu li se jkun qed jieħu siġġu ta’ deputat li qed jiġi akkużat bi prattiċi illiċiti, fejnallegatament uża prokuri b’firem foloz sabiex jiġbor għexieren ta’ dokumenti tal-vot, Delia ddefenda dan kollu.
Din il-prattika li ġiet deskritta bħala ħadma f’rapport intern tal-Kummisjioni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista sabet il-kundanna ta’ bosta membri fil-Partit Nazzjonalista, fosthom tad-deputat Nazzjonalista Chris Said li sejjaħ dan l-iskandlu bħala wieħed xokkanti u talab investigazzjoni interna.
Saħanistra l-President tal-Kumitat Amministrattiv Karol Aquilina safa fil-mira ta’ bosta attakki u theddid wara li ddikjara li ried ilaqqa’ b’urġenza l-kumitat sa
Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista għaddej b’eżerċi