Il-kap tal-partit Nazzjonalista Adrian Delia kkonferma l-qasma li għandu fil-Partit Nazzjonalista u hedded lil dawk id-deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil biex jagħmlu d-deċiżjonijiet.
Il-Kap Nazzjonalista qal dan f’intervista li kellu l-Erbgħa filgħaxija fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista ftit jiem wara li għaxar deputati tal-Oppożizzjoni fosthom Simon Busuttil marru kontra d-deċiżjoni tiegħu u vvotaw mal-Gvern dwar emendi fil-liġi tal-vjolenza domestika.
MINN HAWN ’IL QUDDIEM MIN QIEGĦED FIL-PARTIT IRID JAGĦMEL ID-DEĊIŻJONIJIET
B’referenza ċara għad-deputati Nazzjonalisti li fl-aħħar xhur baqgħu ma aċċettawx it-tmexxija tiegħu fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista wissiehom li jekk se jkomplu jieħduha kontra d-deċiżjonijiet tiegħu, se jagħlqilhom il-bieb.
DAWK LI MA JRIDUX JAĦDMU M’GĦANDHOMX L-ISPAZJU BIEX JIMXU ‘L QUDDIEM GĦAX M’HUMIEX JAĦDMU F’INTERESS WIEĦED LI GĦANDNA NIBQGĦU MEXJIN LEJN GĦAN WIEĦED
Saħanitra spiċċa biex akkużahom li qegħdin jaħdmu għall-interess personali tagħhom.
MHUX JIEN SE NKUN QED NAGHMILHA D-DECIZJONI SE JKUN QED JAGHMILHA L-INDIVIDWU L-PERSUNA LI TRID TARA JEKK JAĦDMIX GĦALL-PARTIT GĦALL-PAJJIŻ JEW GHALL INTERESS PERSONALI TIEGĦU
Intant matul l-istess programm, il-Kap Nazzjonalista spiċċa jiddenfendi lilu nnifsu mill-akkużi gravi li għamlet kontrih il-blogger Daphne Caruana Galizia fosthom dawk ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni ġewwa Londra.