Fl-ewwel appuntament kostituzzjoni tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħalla lill-President tar-Repubblika tistenna siegħa biex jingħata l-ġurament tal-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.
Skont stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, il-ġurament ta’ Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni kien skedat għall-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar.
Madankollu, kien biss siegħa wara l-appuntament skedat, li Delia deher dieħel fil-bini tal-Parlament għall-ġurament tal-ħatra.
Għaċ-ċerimonja kienu neqsin ukoll l-ex kap tal-partit Simon Busuttil, id-deputat Nazzjonalista Chris Said u d-deputat Jason Azzopardi fost oħrajn.