L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, reġa’ sostna kif ried vot ħieles dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF, liema talba kienet injorata. Saħansitra kien hemm mument fejn il-kap attwali, Bernard Grech, giddbu u qal li mhux veru.
Adrian Delia ammetta li din it-talba m’għamilhiex fil-Grupp Parlamentari.
Iżda ma qgħadx jomgħoda meta indika li soluzzjonijiet kien hemm kieku xi ħadd ried jagħti kasu.
Qal, “Sal-aħħar ġurnata jekk jekk il-proċedura titlob hekk seta’ jsir Grupp Parlamentari ieħor. That’s not the point.”
Delia qal li kien il-Partit Nazzjonalista l-protagonist tal-liġi dwar l-IVF. Għalkemm fi żmien gvern nazzjonalista ma twelditx tarbija waħda bl-IVF mis-servizz tas-saħħa pubblika. Minflok qal li issa l-affarijiet huma għal kollox ħażin.
Qal, “It’s wrong and rotten from the bottom. Anke fuq din.”