Fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni kritika pass meqjus minn bosta fid-direzzjoni t-tajba dwar il-ħatra ta’ kumitat għall-governanza fi ħdan il-Kabinett.
Dan il-Kumitat tal-Kabinett mistenni jieħu rendikont tal-passi li jkunu twettqu b’rabta mar-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni Venezja u mill-GRECO.
Dan anki biex jitressqu emendi u l-liġijiet meħtieġa biex il-pajjiż jassigura iktar governanza u li din tkun waħda mill-prioritajiet ewlenin tal-Gvern.
Iżda għal dan kollu l-Kap Nazzjonalista reġa’ kien kontra. Hu qal: “Jekk irridu nagħmlu xi tip ta’ għodda għall-governanza tajba, ma naħsibx li dak huwa l-metodu kif isir.”
Fuq ir-radju tiegħu, Adrian Delia nfexx jattakka lill-Prim Ministru Robert Abela.
Delia reġa’ nesa li ħames snin ilu, il-Gvern għadda liġi għall-Emerġenza għat-Tibdil fil-Klima.
Fil-pront saħaq li n-nies mhux jifhmuh. Delia sostna: “Forsi ħafna nies għadhom ma fehmux eżatt u rridu nibqgħu nispjegaw.”