Fi żmien meta fil-pajjiż għaddejin proġetti kbar fit-toroq u fi skejjel ġodda, fost oħrajn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhu qed isiru ebda proġetti kapitali.
Delia qal dan meta ntervistawh fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista f’intervista fejn kien negattiv fuq dak kollu li għaddej fil-pajjiż. “Mhux ebda proġett kapitali,” qal Delia meta tenna li l-gvern mhux qed jaħseb fil-futur.
Fil-kumplament tal-intervista Delia qal ukoll li żdied il-faqar anke jekk l-istatistika uriet li għandna l-inqas rata ta’ faqar kemm ilha tinżamm l-istatistika u kien kritiku tal-politika tal-gvern f’kull suġġett li semma.
Dwar l-inkwiet fil-Partit Nazzjonalista Delia prova jindika li dan hu proċess naturali. Anke jekk nhar l-Erbgħa li għadda qal li qed jivvintah il-Partit Laburista.