Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħabrijiet biex spiċċa jikkonferma li ma jafx jekk hemmx investigazzjoni fuq Keith Schembri li dwaru qed tintalab ir-responsabbilta politika. Nhar it-Tnejn fil-Parlament, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-Maġistrat Charmaine Galea għaddejja b’inkjesta dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-kumpanija 17 Black.
Huwa qal li l-inkjesta ntalbet mill-pulizija ġimgħat ilu u qabel ma kien hemm rapporti fil-midja. It-Tlieta filgħaxija Adrian Delia tkellem fuq hekk u qal li ma jafx dwar min hi l-inkjesta:
“Qalilna min hi l-Maġistrat, għadna ma nafux din l-inkjesta fuq min hi”.
Dan qed jgħidu minkejja li qed jitlob ir-responsabbiltà fuq din l-inkjesta. Ladarba sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka l-Prim Ministru, Delia kien mistoqsi kif jaf li l-inkjesta hi fuq Keith Schembri. Il-verità hi li ma jafx:
“Aħna m’aħniex qed ngħidu fuq min hi l-inkjesta. Aħna qed nistaqsu”. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ta’ xjinftiehem li min ikun taħt investigazzjoni għandu jirrizenja.
Imma kien skondu meta ġie mistoqsi jekk għandhomx jirrizenjaw l-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa u deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Casa jinstab taħt l-iskrutinju tal-OLAF, u l-ieħor taħt l-iskuritnju tal-FIAU, it-tnejn dwar akkużi mill-iktar serji.
Fil-każ ta’ dawn qal li jistenna l-investigazzjoni