Adrian Delia għandu għadu. Dan huwa l-Partit Laburista u l-Laburisti.
Din id-dikjarazzjoni li nisslet kundanna immedjata fuq il-midja soċjali għamilha hu u ħiereġ mid-Dar Ċentrali wara programm televiżiv u f’mument fejn il-kumitat amministrattiv kien qed jiddiskuti lilu.
Adrian Delia li qed jgħid li jrid mod ġdid ta’ kif jagħmel il-politika qal li jrid Partit Nazzjonalista għan-Nazzjonalisti.
Filwaqt li wiċċu kien juri s-sentiment aħrax li kien qed jitkellem bih, il-follali organizza t-tim tal-kampanja tiegħu wieġbet b’ċapċip.
Kien hawn li Delia qal lill-marmalja li ġabar madwaru li huma għandu jkollhom għadu.
L-għajta tal-għadu niżlet tajjeb bil-folla ta’ madwaru, fosthom id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone, li nfexxet tgħajjat Delia, Delia.