“L-agħar fl-Ewropa”
Din kienet waħda mid-dikjarazzjonijiet li għamel l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kontra pajjizna meta indirizza l-kunsill ġenerali tal-partit nazzjonalista fil-preżenza tail-President tal-Partit popolari ewropew manfred Weber.
Adrian Delia ma tkellimx dwar il-vizjoni tiegħu għal pajjizna, izda qal biss li l-Partit Nazzjonalista huwa Malta.
“Ejjew għax il-PN huwa Malta.”
Matul dawn il-ħames snin bil-membri parlamentari ewropew nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola, l-Partit Nazzjonalista ħadem kontra Malta fl-ogħla istituzzjonijiet ewropej.
B’David Casa jikkonferma li jekk jerġa jigi elett se jkompli jiggieled u jaħdem kontra Malta u l-gvern ta’ Joseph Muscat fil parlament ewropew.
“Se jsib lilna fil-Parlament biex nifqulu.”
“U ħadd mhu se jbeżgħana.”
Għax għal David Casa, il-partitarji nazzjonalisti huma Malta.
“Aħna intom Malta għalina.”
Minn naħa tiegħu, Adrian Delia ġab ezempji surreali sabiex ikompli jikkritika lil gvern.
“Anki għajnejna u sninha irid jgħaqlalna dan il-gvern.”
Filwaqt li s-segretrarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li f’din il-kampanja, l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġġieled.
“Se nkomplu niġġieldu.”
Intant, l-kandidat tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Michael Mercieca qal li kien il-Partit Nazzjonalista li trasforma l-kottonera u nies tal-kottonera.
“Trasformazzjoni kbir li għamel l-PN fil-kultura u l-ħsieb tan-nies tal-Kottonera.”
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li minflok waqqaf it-tlett MEPs nazzjonalisti milli jagħmlu l-ħsara lill-pajjiżna fl-istituzzjonijiet ewropej, Adrian Delia issa qed jibża’ u qed jgħid li din l-elezzjoni mhijiex elezzjoni bejn il-partiti politiċi.
Sa llum stess Adrian Delia minflok qasam il-viżjoni tiegħu għal Malta iddeċieda li jkompli jgħid kontra pajjiżna fil-preżenza ta’ Manfred Weber il-President tal-EPP.
Il-Partit Laburista qal li l-poplu MaltI jaf li f’din l-elezzjoni, l-għazla hija bejn Joseph Muscat u Adrian Delia. L-għażla bejn min jaħdem kontra l-pajjiż u min għandu lil Malta għal qalbu.