L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li n-nies qed jgħidulu li m’għadhomx jagħrfu l-Partit Nazzjonalista.
Qal, “Fejn hu l-Partit Nazzjonalista li naf? Ilbieraħ ġewwa dar, m’għadniex nagħraf il-partit tiegħi.”
Huwa qal dan waqt attività li għamel quddiem il-partitarji tiegħu fit-tmien distrett li qed ikun missielet bejn Delia u Beppe Fenech Adami, Delia qal kif huwa kellu mixja twila għax kien hemm minn għamillu l-bsaten fir-roti meta huwa kien Kap Nazzjonalista.
Hawnhekk l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia kkonferma li l-firda fil-Partit Nazzjonalista għadha hemm.
Qal, “Il-mixja tiegħi kienet twila u iebsa ħafna, u kien hemm min ħaseb illi ħa naqta’ qalbi f’nofs triq.”
Hawnhekk l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia kien qed jirreferi għal Blue Heroes.
Fost dawn kien hemm Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina.
Dawn kienu minn ta’ quddiem biex tajru lil Adrian Delia minn Kap u floku tefgħu lil Bernard Grech bħala Kap, il-magħżul tal-establishment Nazzjonalista.