Manuel Delia, spalla ta’ Austin Gatt għal ħafna snin li llum qed jipprova jilgħabha ta’ attivist soċjali, ħareġ jattakka bħala terrorist impjegat f’Kastilja.
Dan għax meta ħareġ mill-uffiċċju wara t-tmienja ta’ filgħaxija waqaf isegwi dak li kien għaddej minn grupp ta’ nisa li fi Pjazza Kastilja li fost oħrajn qed jitolbu r-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija. Fost dawn in-nisa kien hemm is-sieħba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-eks campaing manager tal-Partit Nazzjonalista, Caroline Muscat.
Filwaqt li protagonisti f’dan kollu hemm it-tim ta’ organizazzjoni fid-Dar Ċentrali mmexxi minn Michael Fenech Adami. L-attakk bħala terrorist fuq ħaddiem wassal għal kundanna ta’ bosta fuq il-media soċjali. Ikkummenta wkoll il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, Kurt Farrugia, kollega ta’ Matthew Carbone l-bniedem fil-mira ta’ Manuel Delia.