Fuq ir-radju Adrian Delia qal li meta dalgħodu daqqew il-qniepen ftakar li kien bħal lum sena li daħal fil-politika. Sena li fiha wiegħed mod ġdid u minflok qed jippjana li jieħu l-pajjiż lura u mhux ‘il quddiem. Fejn imaqdar kollox u m’għandu proposti għal xejn.
Ikun tajjeb li kull meta jisma’ l-qniepen idoqqu jiftakar li t-tmexxija tiegħu suppost kellha tfisser ħoss ġdid u mhux l-istess ħoss tal-qanpiena ta’ Simon Busuttil.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.