Adrian Delia ċeda għat-talbiet tal-establishment u spiċċa rtira t-talba li għamel lid-deputat Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li b’dan il-pass Adrian Delia issa għamel tiegħu ukoll il-gidba dwar Egrant u mil-lum ‘il quddiem anke hu għandu xi jwieġeb dwar dan il-frame up.
Dan seħħ minkejja li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, kien jaf x’suppost kellu jgħamel wara li nkixef il-frame up fuq il-Prim Ministru bil-gidba ta’ Egrant. Fil-fatt għal iktar minn darba Delia iddikjara r-raġunijiet għaliex Simon Busuttil kellu jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista. Delia nnifsu qal li Busuttil kellu jieħu dan il-pass wara li l-Partit Nazzjonalista bbaża l-aħħar kampanja elettorali fuq din il-gidba. Skont Delia nnifsu dan kellu jsir għax kieku l-Partit Nazzjonalista ma kienx ikun kredibbli.
Peró, fl-aħħar mill-aħħar il-Kap Nazzjonalista spiċċa ċeda għall-pressjoni biex għal darb oħra ħareġ biċ-ċar li kważi sena wara li nħatar Kap Adrian Delia m’għandux l-awtorità li jmexxi fil-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Laburista temm jgħid li kellu raġun li lbieraħ staqsa min fil-verità għandu appoġġ fil-Parit Nazzjonalista biex imexxi.