Fi stqarrija l-Ġimgħa filgħaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jattakka lid-deputati li sfiduċjawh għall-argument tagħhom li l-President ta’ Malta għandu jneħħi lil Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni u floku jaħtar lil Therese Comodini Cachia.
B’referenza għall-istqarrija tad-deputati li sfiduċjawh, li qalilhom li mhumiex magħrufa għaliex ivvutaw kontrih f’vot sigriet, Delia qal li mhux xieraq li l-President George Vella jintilef f’dibattitu pubbliku fuq materja sensittiva.
Dan f’kuntest li d-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia ħarġu stqarrija b’pariri Kostituzzjonali li jgħidu li Delia għandu jitneħħa.
Adrian Delia qal li se jibqa’ leali lejn it-tesserati u l-ġurament li ħa bħala Kap tal-Oppożizzjoni.