Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħareġ jattakka lil Malta minflok lill-viċi Prim Minsitru Taljan Matteo Salvini li rrifjuta vapur tal-għaqda mhux governattivi b’47 immigrant abbord milli tidħol f’Lampedusa.
L-attakk ta’ Delia dwar l-aħħar każ ta’ immigranti wasal għaxart ijiem wara li l-kap Nazzjonalista ħareġ ifaħħar il-pożizzjoni li ħa l-Gvern ta’ Malta dwar id-49 immigrant li kienu abbord żewġ vapuri ta’ għaqdiet mhux governattivi.
Każ li bil-ħidma diplomatika tal-Prim Ministru Joseph Muscat wassal biex ikun hemm qbil bil-miktub biex l-immigranti jitqassmu fost tmien pajjiżi Ewropej.
Dakinhar Delia kien qal li ftit li xejn kien jagħmel differenti min kif aġixxa l-Gvern.