Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-gazzetti huma favur il-gvern. Waqt il-programm Xtra fejn ilmenta li l-midja kollha kontra tiegħu mmarka lill-gazzetti fost oħrajn li skont hu huma mxaqilba lejn il-gvern.
“Il-mezzi tal-midja anke konvenzjonali, gazzetti, huma sproporzjonament favur il-gvern,” qal Delia. “Qed ngħixu f’pajjiż fejn il-libertà tal-espressjoni hija kkalpestata,” kompla jgħid Delia biex jagħmel l-argumenti tiegħu.
Adrian Delia prova jilmenta wkoll dwar l-istazzjon nazzjonali. Dan anke jekk fil-programmi ta’ TVM ġej u sejjer kif innota l-preżentatur innifsu li fakkru kemm-il darba mar fuq il-programm tiegħu biss. “Jien fil-konfront tiegħek stedintek ħames darbiet, Joseph Muscat kelli darba biss fil-programm,” wieġbu l-preżentatur.