F’intervista ta’ tlett kwarti, fuq ir-radju tiegħu, waħdu ma jmerih ħadd, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kompla jikkonferma li huwa l-istess bħal ta’ qablu.
Fost id-dikjarazzjonijiet surreali li għamel minkejja li saħaq li huwa l-mod ġdid, spiċċa jattakka l-investimenti li qed jiġu f’pajjiżna.
“Mod ġdid u din kienet l-għajta tagħna imma mhux slogan, ta’ kif naraw l-affarijiet” qal delia.
Spiċċa l-intervista fuq ir-Radju tiegħu bil-mod ġdid u għamel tlett kwarti l-istess bħal ta’ qablu.
Tul l-intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kompla bis-sensiela ta’ dikjarazzjonijiet negattivi.
Bħal predeċessur tiegħu li ħatru kelliem għal good governance, Adrian Delia fetaħ attakk bla rażan kontra l-investiment tal-Crane Currency f’Malta.
Delia attakka wkoll l-investiment ta’ Steward Healthcare fl-isptarijiet tagħna.
Fl-isfond li l-Gvern ta żidiet lill-għalliema fl-iskejjel, matul l-intervista spikkaw ukoll dikjarazzjonijiet surreali min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
“Il-Labour kontra t-tagħlim, kontra l-edukazzjoni” qal Delia.
Sadanittant Adrian Delia anki fuq ir-radju tiegħu, waħdu ma jmerih ħadd, spiċċa jinfexx f’aktar attakki flok spjega l-viżjoni li għandu hu għall-pajjiż.
Delia sostna: “Il-PN il-viżjoni fit-tul għall-edukazzjoni u anki għall-ambjent, x’qed jgħidilhom lin-nies, x’qed noffru?” “Mela l-ewwel nies il-PL bilfors m’għandux viżjoni fit-tul.”