Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qabel mal-eks Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli li jrid li jittieħdu passi fil-konfront ta’ deputati tal-fazzjoni Busuttil għax qed jibqgħu juru biċ-ċar li ma jridux jaħdmu b’mod kollettiv miegħu u t-tmexxija u jridu jkomplu jagħmlu l-ħsara.
Huwa u dieħel għal-laqgħa tal-ezekuttiv, Pierre Portelli ddikjara li ffirma l-petizzjoni biex il-Kunsill Ġenerali jieħu passi fil-konfront ta’ deputati li qegħdin jaħdmu kontra Delia.
Wara l-laqgħa tal-ezekuttiv, Adrian Delia qabel ma’ Pierre Portelli u għamel tiegħu d-dikjarazzjoni ta’ Portelli, jiġifieri li jittieħdu passi fil-konfront ta’ deputati li jagħmlu l-bsaten fir-roti lit-tmexxija.
Adrian Delia qabbad lill-Eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea sabiex jagħmel riforma fil-Partit. B’Adrian Delia iddikjara li se jidħol fiha Louis Galea u jara x’tip ta’ passi għandhom jittieħdu kontra d-deputati li jagħmlu bsaten fir-roti lil Kap.
Intant f’kummenti lill-midja Nazzjonalista Louis Galea magħruf ukoll għal bosta skandli fi żmien Gvern Nazzjonalista fosthom dak tal-Awżiljari u tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, qal li r-responsabbiltajiet li ngħata mhumiex żgħar.