Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għadu ma jafx jekk l-ewroparlamentari Nazzjonalisti hux se jivvutaw favur jew kontra in-nomina ta’ Helena Dalli bħala kummissarju Ewropew.
Dan fl-istess jum li fih Helena Dalli poġġiet għall-eżami dwar in-nomina tagħha quddiem il-Parlament Ewropew.
Meta mistoqsi minn ONE News waqt żjara li għamel l-Università, Delia ma kienx jaf iwieġeb b’ċertezza dwar jekk l-ewroparlamentari tiegħu kinux se jappoġjaw in-nomina ta’ Helena Dalli.
Qal biss li jaħseb li l-ewroparlamentari tiegħu se jivvutaw favur pajjiżna u għalhekk favur in-nomina ta’ Helena Dalli.
Delia stqarr: “Jien naħseb li se jivvutaw favur pajjiżna u għalhekk se jivvutaw biex jissaportjaw lil Helena Dalli.”
Delia qal dan wara li fl-aħħar jiem, Casa sfida lil Delia meta beda jikkumenta b’mod li jipprova jitfa’ dubju dwar in-nomina ta’ Helena Dalli għall-Kummissarju Ewropew għall-ugwaljanza.