L-avukat Anna Mallia qalet li qatt ma bassret li fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hemm tant nies inkompetenti. “Min ippropona lil Delia għaġġel. Ara issa x’ġara!” qalet Anna Mallia fil-programm Pjazza Speċjali li għaddej bħalissa fuq ONE. Innotat kif in-nazzjonalisti jridu jinqatgħu mill-passat, iżda ftit li xejn għandhom għażla.
“L-iżball sar f’Tal Pietà li m’għamlux due diligence kif suppost,” tenniet Mallia li qalet li ħafna kienu kuntenti b’Delia għax rawh ġej minn barra. “Imma kulħadd kien jaf ta, Delia intant, meta għada pitgħada hemm kawżi li jkollhom impatt kontra tiegħu jekk ikun Kap tal-Oppożizzjoni,” qalet Anna Mallia.