Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ikkonferma dak li żvelat l-gazzetta Kullħadd, li se jkun qiegħed jattendu għal protesta tal-Occupy Justice li ser isir illum wara nofsinhar.
Adrian Delia ċeda għal pressjoni li saritlu fid-Dar Ċentrali. Dan għaliex kif żvelat l-gazzetta Kullħadd, f’Tal-Pietà qalulu li la l-protesta tal-lum tpenġiet bħala waħda kontra esponenti tal-Gvern, ikun qed jonqos jekk ma jattendix.
Fakkruh ukoll li se jitkellmu David Casa u Godfrey Farrugia.
Intant, biex Delia jkun jista’ jattendi kien organizzat grupp ta’ uffiċjali tas-sigurtà pajżana għal dak kollu li jista’ jinqala’.
Din ma kinitx deċizzjoni faċli hekk kif Adrian Delia huwa l-iktar politiku li għajjar lil Daphne Caruana Galizia.
Caruana Galizia li kitbet dwaru u allegat li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey.
B’Adrian Delia kien għajjar lil Caruana Galizia Biċċa Blogger.