Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ħadem għall-kumpanija Electrogas permezz tad-ditta tiegħu Aequitas Trust and Fiduciary Services Ltd.
Din hi waħda mill-kumpaniji li għadu msieħeb fiha sa issa u The Malta Independent irrapportat kif Delia’s legal firm handled bond issue for subsidiary of Electrogas partner company. The Malta Independent irrapporta iktar minn hekk. Saħansitra qalet li internament fil-Partit Nazzjonalista qed jiffaċja kritika li huwa għalhekk li qatt ma tkellem dwar il-proġett tal-impjant tal-gass f’Dellimara.
Dan hu wieħed mill-iktar proġetti li oppona l-eks Kap Simon Busuttil. Iżda, investigazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea sabu li l-allegazzjonijiet ta’ Busuttil ma kinux minnhom. Dan mhu jneħħi xejn mill-attakk intern fuq Adrian Delia fejn qed jgħidulu li ma jsemmix Socar jew Azerbaijan proprju għax id-ditta tiegħu ħadmet għal Gasol li hi parti mill-konsorzju Electrogas. L-akkuża hi ċara. Dik li għandu kunflitt ta’ interess.
The Malta Independent tgħid li d-ditta ta’ Delia kienet involuta f’sejħa ta’ bonds li tlaħħaq it-€23 miljun għal Gasol. Dan biex isir investiment fl-Afrika. Dan kollu kien għadu għaddej sal-2015. The Malta Independent qalu li dan kollu beda fuq twitter permezz ta’ allegazzjonijiet anonimi, iżda mbagħad ikkonfermaw billi raw id-dokumenti. Fost l-ewwel li rreaġixxew għal din l-aħbar kien hemm id-deputat Marlene Farrugia li qalet li Delia għandu jirriżenja.