Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, baqa’ ma’ qalx min fejn ġab €55,000 f’daqqa biex sa fl-aħħar beda jħallas it-taxxa dovuta minnu.
Filwaqt li wieħed jistaqsi għaliex Delia m’għamel ebda stqarrija pubblika li kien beda jħallas u ħalla l-midja li tiżvela dan il-fatt, iktar importanti minn hekk hu li Delia jispjega minn fejn ġab il-€55,000.
Delia għandu jifhem li llum hu Kap tal-Oppożizzjoni u m’għandux iktar l-iskuża ta’ ċittadin privat, l-iskuża li uża għal dawn l-aħħar xhur biex jiġġustifika l-fatt li m’onorax l-obbligi legali tiegħu kif jgħamlu l-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin li huma ċittadini onesti.