Ġimagħtejn qabel jiftaħ il-Parlament, il-Kap tal-Partit Nazzjonalist
Il-gazzetta Maltatoday qed tirrapporta li matul il-jum tal-Ħadd saret laqgħa twila ta’ madwar sagħtejn mad-deputat Nazzjnalista Maria Fatima Deguara, mart l-ex ministru Louis Deguara. Dan bil-possibbilita’ li Deguara ċċedi s-siġġu parlamentari tagħha biex Delia jiġi co-opted fil-Parlament.
Tul il-kampanja għall-ħatra ta’ kap Delia qal li kellu pjan sabiex isib postu fil-Parlament. Madankollu sal-bieraħ stess naqas jgħid xi pjan għandu biex jikseb is-siġġu parlamentari u eventwalment jinħatar Kap tal-Oppozizzjoni flok Simon Busuttil.
Delia ġie elett bħala kap tal-PN b’52% tal-voti tat-tesserati, differenza ta’ ftit aktar minn 800 vot mad-deputat Nazzjonalista Chris Said.
Biex Delia jsib postu fil-Parlament, membru fil-grupp parlamentari Nazzjonalista li tela’ fl-elezzjon kazwali jrid iċedielu s-siġġu.
Is-Sinjura Deguara ġie eletta
Ix-xnigħat persistenti li se tkun Deguara li ċċedielu s-
Id-deputati l-oħa li telgħu f’elezzjoni kazwali huma Ivan Bartolo, David Stellini, Karol Aquilina u Godfrey Farrugia li huwa parti mill-Partit Demokratiku.