Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jgħid li ma jaqbilx li Helena Dalli hi crook.
Iżda, sab ruħu dgħajjef quddiem Karol Aquilina li lil Helena Dalli qalilha hek waqt li kienet għaddejja bi smigħ fil-Parlament Ewropew.
Iffaċjat bil-mistoqsijiet ta’ ONE News Delia prova jaħrab il-mistoqsija billi jgħid li ma jafx xkien qal Karol Aquilina.
Delia staqsa: “Sejjaħ lil Helena Dalli bħala crook? Ma rajthiex le. qiegħda hawnhekk.”
Iżda, dlonk għidnilu li kellna f’idejn dak li qal Karol Aquilina. Fi tweet tiegħu semma lill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi, ic-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u lill-istess Helena Dalli. Fl-aħħar nett qalilhom crooks alike. Jew fi kliem ieħor crooks kollha kemm huma.
Iżda, għax dgħajjef quddiem il-fazzjoni li topponih Delia prova jbenġilha biex ma jikkundannax lil Karol Aquilina.
Delia sostna “Trid tara? Jien mhux nara li sejjħilha crook.”
U minkejja d-diskors kollu fuq kemm il-Partit Nazzjonalista qed jappoġġja lil Helena Dalli, biex ried ifixkilha waqt is-smigħ jidher li se jgħaddiha lixxa.
Meta mistoqsi jekk huwiex se jieħu passi, Delia wieġeb “Le.”