Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li determinat li jibqa’ jservi bħala Kap Nazzjonalista.
Fuq Facebook, is-Sibt filgħaxija Adrian Delia reġa’ fetaħ attakk fuq id-deputati li sfiduċjawh.
Qal li huwa mhux se jċedi quddiem konfoffi u konġuri. Qal li min qed jagħmel hekk għax ma jridx li l-Partit Nazzjonalista jittieħed minn idejn il-ħafna u jinħataf mill-ftit. Akkużahom li qed jheddu għall-poter.
Għaldaqstant, Adrian Delia, wara ġimgħa ta’ attakki, qal li determinat li jkompli jservi fil-Partit Nazzjonalista.