Il-Partit Laburista sostna li Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista tant jinsabu f’sitwazzjoni ddisprata li qed jippruvaw jivvintaw firda fejn m’hemmx.
Fi stqarrija, il-PL qal li l-fatt li l-PN reġa’ beda jitkellem dwar l-abort, kif jagħmel kull darba li ma jkollux ideat, juri kemm hu maqtugħ mir-realtà tal-familji u n-negozji.
Mill-bqija stqarr li l-fatti huma ċari għax l-abort huwa kompetenza nazzjonali u l-pożizzjoni tal-Partit Laburista kontrih hija ċara.
Madankollu qal li jkun tajjeb li Adrian Delia jara x’ kien wieġeb Tonio Borg meta kien mistoqsi dwar hekk biex isir Kummissarju Ewropew.