Illejla fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ried li l-parlament jieqaf jitkellem dwar il-budget u jiddiskuti dak li ħabbru lbieraħ fid-dimostrazzjoni nazzjonali is-soċjetà ċivili , fejn bħal Partit Nazzjonalista, riedu li jitneħħa l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Delia fi stat ta’ disprament ħa dan il-pass biex jipprova jsalva ġildu wara li f’laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista li seħħet b’urġenza llum wara nofsinhar, kellu pressjoni mid-deputati nazzjonalisti sabiex illejla jmur il-Parlament u jitlob din d-diskussjoni.
Iżda, l-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ma laqax it-talba tal-Oppożizzjoni għax skont l-istanding orders, ebda mozzjoni ma tista’ titressaq f’ġurnata li hija għad-diskussjoni dwar l-estimi.
Ir-ruiling tal-speaker intlaqa b’għajjat u storbju mid-deputati nazzjonalisti. B’Adrian Delia u l-Whip David Agius infexxew jgħajtu kemm jifilħu fil-Parlament .
Intant , l-Whip tal-gvern Byron Camilleri qal li fis-seduta parlamentari ta’ dalgħodu , Adrian Delia kellu kull ċans li jagħmel din it-talba. Sostna li l-Oppożizzjoni qed tkompli tisfida r-ruling tal-ispeaker u l-kamra kellha tmexxi skont l-aġenda.
Intant fi stqarrija l-Partit Laburista qal li hi ħaġa tal-iskantament kif bejn filgħodu u filgħaxija l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, bidel għal kollox il-prijoritajiet tiegħu fil-Parlament.
“Jidher ċar li Adrian Delia qiegħed jagħmel attentat iddisprat biex isalva postu,” temm jgħid il-Partit Laburista.