Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, mar jitkellem dwar in-nirien fil-Magħtab mingħajr ma mqar segwa d-dettalji li taw l-uffiċjali tal-Wasteserv. Dan għax kien kostrett iċedi għall-klikka ta’ Simon Busuttil li meta n-nar kien għadu fl-aqwa tiegħu ġew jaqgħu jqumu mis-sigurtà tan-nies u ħarġu jgħamlu argumenti politiċi partiġjani.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li konsegwenza tad-dikjarazzjonijiet mgħaġġla biex jgħoġob l-estremisti għal darb oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ ta’ politiku opportunist u dilettant.Dan għax Adrian Delia bbaża konferenza tal-aħbarijiet fuq spekulazzjonijiet u dak li ħaseb moħħu u mhux dwar il-fatti. Fil-fatt, meta mistoqsi mill-ġurnalisti kien hu stess li ammetta li ma kienx jaf x’kienet l-ispjegazzjoni li taw l-uffiċjali tal-Wasteserv f’konferenza tal-aħbarijiet. Dan għax ma segwiex.
Meta akkumpanjat mid-deputat Jason Azzopardi li għamel nofstanhar jirreaġixxi b’kummenti politiċi partiġjani, Adrian Delia reġa’ wera kif il-Partit Nazzjonalista m’hu qed iħaddan ebda mod ġdid.