Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ stqarrija b’referenza għal diversi messaġġi fuq il-midja soċjali li daħlu fid-dettall tal-proċeduri ta’ separazzjoni li għaddejin bejnu u bejn martu.
Delia ddeskriva dak li qed jintqal bħala allegazzjonijiet maliżjużi.
Fl-istess ħin iddikjara li se jżomm mal-qbil milħuq fil-qorti biex ma jsirux kummenti pubbliċi dwar is-separazzjoni. Fuq kollox Delia għamilha ċara li mhux se jċedi.
“Bl-ebda mod ma jien se nċedi għal attentanti malinni li jdawru din il-kwistjoni minn waħda personali għal waħda politika,” qal Delia fi stqarrija.