It-tmexxija dgħajfa ta’ Adrian Delia qed turi biċ-ċar kemm qiegħed jibża mill-fazzjoni nazzjonalista li ma tirrikonoxxihx bħala kap. Dawn kienu fost il-kummenti komuni tal-opinjonisti f’artiklu ppubblikat fil-ġurnal L-ORIZZONT.
L-opinjonista Simon Mercieca qal li f’din l-ewwel sena, Delia wera li qed jibża wisq mid-deputati nazzjonalisti li ma jirrikonoxxuhx bħala l-mexxej tagħhom. Żied jgħi li minflok affrontahom,. Delia qiegħed joħroġ fil-midja bħala mexxej dgħajjef:
“F’din is-sena kelu jaħdem biex jilħaq dan il-għan. Dan żgur ma laħqux bir-riżultat, u din ngħidha b’responsabilita, li din il-kriżi interna tista’ twaslu biex jidher bħala mexxej beżżiegħ. Jekk jiġri hekk, san ikun it-tmiem politiku tiegħu.”
Sadanittant, l-ekx kontestant għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Ray Bugeja qal li huwa jara l-Partit Nazzjonalista bħala wieħed maqsum b’tali mod li l-problemi interni huma fiż-żewġ direzzjonijiet- MILL-KAP u LEJN IL-KAP.
B’referenza għall-ġlied intern li jeżisti bejn iż-żewġ fazzjonijiet, il-ġurnalist u analist politiku Brian Hansford qal li Delia għandu battalja kbira. Dan peress li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm grupp li l-ħin kollu qed iqum u jieħu pożizzjonijiet mingħajr ċertu approvazzjonijiet.
Għall-Professur Andrew Azzopardi, l-qasma li teżisti fil-Partit Nazzjonalista qed twassal sabiex wieħed ma jistax jivvotalu.