Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ma kkundannax l-aġir ta’ Karol Aquilina li fl-aħħar jiem ħareġ jattakka l-inkjesta tal-Maġistrat Aron Bugeja. Aquilina qal li l-inkjesta mhux vanġelu u għalhekk għandha tinfetaħ mill-ġdid. Kummenti li ġabu l-kundanna ta’ bosta, hekk kif kulħadd kien iddikjara fiduċja f’Maġistrat li sejjaħ kważi 500 xhud u għamel inkjesta ta’ 1,500 paġna.
Iżda, Delia, li qal li l-PN irid jibda paġna ġdida, ma kellux il-kuraġġ jiddiżassoċja ruħu minn Aquilina, u qal li x-xogħol tiegħu mhux li jikkundanna.