Jekk verament Adrian Delia irid jagħmel bidla fl-Oppożizzjoni, l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel hija li jwettaq id-deċiżjoni tajba li kien ħa, imbagħad irtira minnha: li jwarrab lil Simon Busuttil.
Jekk ma jagħmilx dan, il-falliment ta’ Busuttil u r-responsabbiltà tal-gidba Egrant se jibqgħu tiegħu wkoll.
Sakemm isib il-kuraġġ jagħmel dan kollu, il-veru Kap tal-Oppożizzjoni huwa mill-ġdid Simon Busuttil.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.